Ġej Ir-Ragħad…
It-temp illum imsaħħab li jsir b’ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad iżjed tard. Jibnazza, iżda jsir pjuttost mirjieħ sa filgħaxija.
Ir-riħ ftit qawwi (F5) min-Nofsinhar il-Lbiċ (SSW) li jdur Majjistral (NW), jiksaħ u jitqawwa (F5-6) minn waranofsinhar.
Il-baħar moderat li jsir ftit qawwi, b’imbatt baxx mil-Lbiċ.
L-ogħla temperatura llum: 19°C; l-inqas illejla: 12°C.
Tinħass: 19°C | 10°C
Indiċi UV: 2
Ritratt: Irdum ta’ Ħad-Dingli/ Redeemer Saliba