Għawdxija Ta’ 39 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Żelqet Minn Fuq Il-Bankina

Mara ta’ 39 sena li toqgħod in-Nadur qed tissielet għall-ħajjitha wara li dalgġodu żelqet waqt li kienet tiegħla l-bankinka fin-Nadur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq it-Tiġrija meta għal xi raġuni l-mara żelqet waqt li kienet tiegħla l-bankina.
Hi ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigette Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.