“Għinna Nġibu Lura Fl-Iskejjel Tfal Li Jistgħu Jattendu Imma M’humiex” – Frank Fabri
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni appella għall-għajnuna tal-pubbliku sabiex aktar tfal u studenti li jistgħu jattendu l-iskola għax mhumiex vulnerabbli, jirritornaw lura fuq il-bank tal-iskola.
Huwa sostna li dak li qed jitilfu t-tfal li mhux jattendu skola ma jistax jinkiseb. B’hekk appella sabiex kull min jaf b’xi ġenituri li jistgħu jibagħtu lil uliedhom imma m’humiex, jieħu ftit ħin sabiex jispjegalhom “kemm miżuri ttieħdu fl-iskejjel li kulħadd qed isegwihom kuljum”.
Fabri spjega li hu stess diġà tkellem ma’ diversi ġenituri u ħeġġiġhom sabiex jagħmlu dan il-pass. Qal ukoll b’sodisfazzjon li uħud minn dawn il-ġenituri illum qed jerġgħu jibagħtu lil uliedhom l-iskola.
Ritratti: Facebook / Frank Fabri / one.com.mt