Ġurnata Sewda Għall-Fgura…
Ilbieraħ kienet ġurnata sewda għall-Fgura minħabba li bini storiku tilef il-battalja tiegħu kontra l-iżvilupp. Il-Kantant Aldo Busuttil li ta sehemu flimkien ma’ oħrajn biex dan ma jsirx, qasam id-diżappunt tiegħu fuq facebook dwar dan il-pass.
“Awtorità ta’ l-Ippjanar li tilfet ruħha b’liġijiet ambjentali li dejjem qed jitnaqqru f’isem il-poter u l-flus. Dal-pajjiż ma jridx jaf bil-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli”, stqarr Aldo.
Saħaq li dan il-pajjiż qed jitmexxa min-nies li jridu jħaxxnu bwiethom u li dan sar ċirku vizzjuż maż-żewġ partiti.
“Tkunux kattivi tagħkom infuskhom għax fl-aħħar mill-aħħar inthom u uliedkom se jbatu”, temm jgħid Busuttil.