Ħames Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

 Ħames Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 88 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-13 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 95 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fil-ħames każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festi nibqgħu nosservaw bir-reqqa l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com