“Hemm Min Mhux Se Jkollu IKel Fuq Il-Mejda Dan Il-Milied” – Wayne Camilleri

 “Hemm Min Mhux Se Jkollu IKel Fuq Il-Mejda Dan Il-Milied” – Wayne Camilleri

Il-mużiċist Wayne Camilleri tella’ filmat tal-aħħar kontribuzzjoni mużikali tiegħu għal din is-sena u rrifletta dwar il-konsegwenzi li kellha s-sena 2020 fuq xi wħud.

Camilleri qal li din kienet sena iebsa għal ħafna persuni iżda hemm min hu ffurtunat biżejjed li dan il-Milied xorta waħda se jkollu ikel fuq il-mejda. Minkejja dan, huwa fakkar li hemm oħrajn li huma inqas iffurtunati u qed ibatu biex ilaħqu mal-ħajja.

Huwa appella sabiex kulħadd jagħti donazzjoni żgħira lil Food Bank, u qal li Brown’s se jkunu qed jirduppjaw dawn id-donazzjonijiet.

Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq: https://www.paypal.me/Katallergy.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com