Iċċarati L-Verżjonijiet Tal-Kardinal Mario Grech Dwar Il-Ħatra Tiegħu
F’artiklu li ttella’ lbieraħ bil-filmat juri lill-Kardinal Mario Grech jagħti verżjonijiet differenti dwar il-ħatra tiegħu.
Fl-ewwel intervista, Grech jinstema’ jgħid li ċempillu s-Segretarju tal-Papa Franġisku u qallu li ser ikellmu hu stess. Din l-intervista saret fil-programm Popolin. Tenna li dak il-ħin poġġa fl-art fuq il-bankina għaliex ma stenniehiex.
F’intervista oħra li saret fuq stazzjon internazzjonali tal-Knisja EWTN qal: “Somebody called me from Malta, he told me ‘The Pope has just announced that you are one of the new Cardinals.’ I couldn’t believe him, I thought it was fake news.”
Madankollu iż-żewġ okkażjonijiet kienu differenti. Fl-ewwel waħda kien il-mument meta l-Papa talab lill-Eminenza Tiegħu Mario Grech biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, bl-uffiċċju tiegħu fil-Vatikan u t-tieni waħda kien, meta kien innominat biex jilħaq Kardinal.