“Iċċekja Mat-Tabib Tiegħek Dwar Liem Vaċċin L-Aktar Li Jgħodd Għalik” – Onor. Chris Fearne

 “Iċċekja Mat-Tabib Tiegħek Dwar Liem Vaċċin L-Aktar Li Jgħodd Għalik” – Onor. Chris Fearne

Matul ix-xahar id-dieħel mistennija jibdew jaslu f’Malta l-vaċċini tal-Covid-19. Il-vaċċini kontra dan il-virus li se jkun qed jirċievi pajjiżna ġew żviluppati minn entitajiet u kumpaniji differenti u b’hekk mhumiex identiċi, għalhekk jista’ jkun li waħda minn dawn tkun aktar addattata għalik minn oħra.

Ma’ newsbook.com.mt id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li jkun tajjeb jekk wieħed jikkonsulta mat-tabib tiegħu dwar liem vaċċin huwa l-aktar adekwat għalih, speċjalment fil-każ ta’ persuni li għandhom kundizzjonijiet tas-saħħa partikolari.

Huwa fakkar li għall-maġġoranza tan-nies ma tagħmilx wisq differenza liem vaċċin jieħdu, iżda għall-persuni vulnerabbli l-istorja hija differenti, u għalhekk ħeġġeġ sabiex dawn jikkonsultaw mat-tabib tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com