Id-Dwana Kkonfiskat €2,750,000 Fi Flus Kontanti F’Ħames Snin

 Id-Dwana Kkonfiskat €2,750,000 Fi Flus Kontanti F’Ħames Snin

F’perjodu ta’ ħames snin, id-Dwana ta’ Malta kkonfiskat xejn inqas minn €2.75 miljun fi flus kontanti li kienu qegħdin jiġu ttrasportati b’mod illegali.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li bejn l-2015 u l-2020, id-Dwana ta’ Malta waqqfet 128 każ ta’ flus li kienu qegħdin jiġu ttrasportati b’mod illegali, bl-ammont totali ta’ flus interċettati jkun ta’ €2,750,034.

Statistika ppubblikata turi li l-akbar ammont ta’ flus ikkonfiskati kien is-sena li gaħddiet fejn twaqqfu 66 każ bl-ammont totali jkun ta’ aktar minn miljun u ħames mitt elf ewro.

Sena
                               Numru ta’ flus maqbuda
                Ammont
2015
1
€41,400
2016
2
€72,971
2017
10
€241,440
2018
10
€203,335
2019
66
€1,547,116
2020
39
€643,772
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com