Idur B’Sikkina Fi Triq Il-Kbira San Ġużepp Fil-Ħamrun

Mutlak Mohamed, Sirjan ta’ 32 ittella’ l-qorti akkużat li kien qed idur b’sikkina kbira fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.
Ma kienx liebes maskra u anke ġie mixli li kiser il-paċi pubblika.
Dan il-każ ġara nhar it-Tnejn li għadda u minnufih, il-pulizija ntervjenew. Hu wieġeb li mhux ħati iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest minħabba li hu riċediv u anke jinsab bla indirizz.