Iħallina L-Prof. J.J Cremona Fl-Età Ta 102 sena…

 Iħallina L-Prof. J.J Cremona Fl-Età Ta 102 sena…
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Justyne Caruana sellmet il-memorja tal-Professur J.J Cremona; Għawdxi li ħalliena llum fl-età ta’ 102 sena.
Cremona kien skular, ġurista, għaref u kittieb prolifiku li kien abbozza l-ewwel kostituzzjoni ta’ Malta fl-1964.
Serva wkoll bħala President tal-qrati. “Il-kontribut tal-Prof Cremona f’oqsma hekk vitali tan-nazzjon Malti jibqa’ patrimonju mill-aktar rikk għall-istudjużi kollha”, tenniet il-Ministru Caruana.
Tenniet ukoll: “Għawdex jibqa’ kburi li wieħed minn uliedu kien tant prominenti fl-Istorja ta’ pajjiżna.”
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha filwaqt li nsellmulu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com