Il-Familji Milquta B’Mard Rari Sabu Sorpriża Tistenniehom Wara L-Bieb!

 Il-Familji Milquta B’Mard Rari Sabu Sorpriża Tistenniehom Wara L-Bieb!

Wara kważi sena iżolati fi djarhom minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-familji milquta b mard rari, illum sabu sorpriża ħelwa tistenniehom wara l-bieb.

Lebsin barnużi tal-Milied u bil-qniepen f’idejhom, l-Alleanza tal-mard Rari żaret lill-membri ċkejknin tagħha. L-iskop kien li f’dawn il-jiem festivi, ma jħossux dieqa għaliex jinsabu fi djarhom biex jipproteġu lilhom nfushom iżda jħossu l-ispirtu tal-Milied xorta waħda.

Din l-alleanza taħdem qatiegħ biex persuni b’mard rari jkollhom aċċess għal trattamenti, mediċini u servizzi bħal n’għandhom persuni b’mard ieħor. Is-Sinjura Michelle Muscat; Fundattriċi ta’ din l-Alleanza Nazzjonali tenniet li din is-sena kienet sena iebsa għal kulħadd b’mod speċjali għal dawn il-familji fejn minħabba ċ-ċirkostanzi, kellhom jibqgħu iżolati familji sħaħ, saħansitra mingħajr ma jattendu skola kemm it-tfal insuhom u anke ħuthom. Ġenituri anke riedu jastjenu milli jkomplu bir-rutina normali ta’ xogħlhom.

L-Alleanza tifforma parti mill-Eurordis kif ukoll mir-Rare Disease International u taħdem kontinwament biex id-drittijiet ta’ dawn in-nies ikunu mħarsa b’mod ħolistiku u universali; kemm f’pajjiżna u anke fuq livell internazzjonali.

Prosit tassew għal dan il-ġest altruwistiku.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com