Il-Gvern Jinvesti ‘L Fuq Minn €3 Miljun Fi Trattamenti Tal-HIV Iktar Avvanzati

 Il-Gvern Jinvesti ‘L Fuq Minn €3 Miljun Fi Trattamenti Tal-HIV Iktar Avvanzati

Fi Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa intqal li qed jiġu nvestiti ‘l fuq minn 3 miljun ewro fi trattamenti tal-HIV iktar avvanzati minn dawk li kienu offruti sa issa, sabiex il-pazjenti jingħataw servizz ta’ kura aħjar.

Dawn il-mediċini ġodda bdew jitqassmu minn din il-ġimgħa u se jkomplu jaslu għand il-pazjenti kollha fil-jiem li ġejjin.

Sakemm il-pazjenti jaqilbu kollha għal din il-mediċina, fid-dawl li l-mediċini li kienu jingħataw sa issa huma skarsi fis-suq Ewropew, il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jieħu l-passi kollha possibbli sabiex il-pazjenti kollha jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-kura neċessarja.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com