Il-Kunsilliera Ta’ Ħal Qormi Unanimament Kontra Proġett Ta’ Infrastructure Malta
Fl-aħħar ħin il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għadu kemm unanimament għadda mozzjoni mressqa mis-sindku Josef Masini Vento fil-konfront ta’ proġett ta’ Infrastructure Malta fil-bypass tal-Imrieħel. Din il-mozzjoni hija “kontra t-teħid ta’ ħafna raba'” sabiex jiġi mmaterjalizzat dan il-proġett. Moviment Graffitti qalet li din il-mozzjoni hija “sinjal pożittiv ħafna fejn l-għaqda tal-komunità Qormija poġġiet l-interessi tal-kwalità tal-ħajja qabel il-politika partiġġjana”.