Il-MAM Tħeġġeġ lill-Gvern Biex Ikun Effiċjenti Fl-Għoti Tal-Vaċċin
L-Assoċjazzjon Medika Maltija qalet li qed tistenna li l-Gvern ilaqqam lill-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa fil-ħames ġimgħat li ġejjin.
Qalet li l-ewwel tilqima għandha tingħatalhom fl-ewwel ġimagħtejn li ġejjin waqt li t-tieni doża għandha tingħatalhom fi żmien ħames ġimgħat.
Fi stqarrija, il-MAM żiedet tgħid li waqt li huwa aċċettabbli li bħalissa bdew jitlaqqmu 50 ruħ kuljum sakemm jinqabad ir-ritmu u tiġi stabbilità l-proċedura t-tajba, qalet li qed tistenna li l-Ministeru għas-Saħħa jibda jlaqqam 300 ruħ kuljum. Qalet li dan l-ammont għandu jiżdiedu għal elf kuljum ladarba l-popolazzjoni tibda titlaqqqam.
Hija temmet tħeġġeġ lill-professjonisti kollha biex jitlaqqmu iżda ħeġġet lill-gvern biex ikun effiċjenti fl-għoti tal-vaċċin.