“Il-Milied It-Tajjeb… Nixtiequlkom Biss Imħabba Mingħajr Tmiem”

 “Il-Milied It-Tajjeb… Nixtiequlkom Biss Imħabba Mingħajr Tmiem”

Vidjo Mużikali ġdid minn The Entertainers qed idur sew fuq il-midja soċjali minħabba n-natura tal-lirika qawwija minn Emil Calleja Bayliss b’relazzjoni ma’ dak kollu li l-umanità tħoss, anke speċjalment din is-sena li waslet biex tintemm.

It-tim tal-programm popolari tas-Sibt filgħaxija fuq NET TV ħareġ dan il-vidjo mużikali bl-isem ta’ “Il-Milied it-tajjeb” u awguraw lil kulħadd ferħ, saħħa, paċi u sliem f’dan iż-żmien tant sabiħ.

Il-mużika hija tal-bravissimu Mark Spiteri Lucas u l-kantanti huma Ian J Vella (Janvil), Michela Galea, Mark Spiteri Lucas, Ivan Spiteri Lucas u Krista Spiteri Lucas fuq arranġament mużikali u produzzjoni ta’ Andrew Zammit.

Il-filmat u l-produzzjoni tal-vidjo mużikali sar minn Jasper Azzopardi.

Grazzi lilkom li dejjem iżżommu kumpanija tajba lil bosta telespettaturi. Awguri lilkom ukoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com