Il-Papa Franġisku Jiċċelebra 84 Sena.

 Il-Papa Franġisku Jiċċelebra 84 Sena.

Il-Papa Franġisku llum qed jiċċelebra 84 sena. Jorge Mario Bergoglio twieled fis-17 ta’ Diċembru tal-1936 u huwa l-ewwel Papa Ġiżwita.

L-ewwel Papa min-naħa t’isfel tal-Amerka u l-ewwel Papa barra mill-Ewropa sa mit-tmexxija tas-Sirjan Gregorju III fis-seklu 8.

Kieku din is-sena, f’Mejju li għadda, il-Papa Franġisku kellu jżur pajjiżna iżda minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, dan l-appuntament tħassar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com