Il-PL Jiġbor €737,690 F’Maratona Ġbir Ta’ Fondi
Ilbieraħ 13 ta’ Diċembru 2020, il-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €737,690 f’maratona ġbir ta’ fondi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li xxandret fuq l-istazzjon ONE.
Id-donazzjonijiet inġabru minn diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex. L-Akbar donazzjonijiet waslu min-Naxxar fejn il-President tal-PL fin-Naxxar Duminku Chircop ippreżenta s-somma ta’ €94,790 filwaqt li minn Għawdex inġabar ‘il fuq minn €104,000.
F’intervista mal-familja tal-Prim Ministru, Dr. Robert Abela qal li l-poplu qed jiċċelebra l-Milied b’mod differenti fejn qed josserva r-regoli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u fakkar biex ma nillaxkawx hekk kif il-vaċċin tal-Covid-19 qorob li jasal f’pajjiżna.