Il-PM Jinawgura T-Tieni Fibre Optic Cable Bejn Malta U Għawdex

 Il-PM Jinawgura T-Tieni Fibre Optic Cable Bejn Malta U Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri inawguraw it-tieni fibre optic cable li jgħaqqad lil Għawdex mal-bqija tad-dinja.

Il-konnettività tat-telekomunikazzjonijiet bejn Għawdex u Malta kienet tiddependi fuq konnessjoni waħda: cable tal-elettriku mikri mill-Enemalta.

Biż-żieda enormi fid-domanda għal konnettività diġitali aċċessibbli, veloċi u affidabbli, kemm miċ-ċittadini kif ukoll min-negozji, is-soluzzjoni ta’ riżerva ideali kellha tkun dik ta’ fibre optic cable ieħor li permezz tiegħu se tiġi pprovduta l-iktar komunikazzjoni diġitali u reżiljenti għal gżira Għawdxija.

Studju kkummisjonat fl-2014 ikkonferma li hemm bżonn tiġi indirizzata l-isfida tal-konnettività permezz ta’ intervent mill-istat sabiex tiġi assigurata konnessjoni professjonali bejn iż-żewġ gżejjer.

Il-Gvern ħaseb ukoll li jwaqqaf il-kumpanija Gozo Fibre Optic Cable Ltd li ġiet fdata sabiex topera u żżomm ir-rabta l-ġdida minn tarf sa tarf. Din il-kumpanija nnegozjat u kkonkludiet b’suċċess ftehim ma’ tliet operaturi tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-Gvern għandu viżjoni sħiħa u ambizzjuża għal Għawdex. “Il-link diġitali li qed niftħu illum huwa eżempju tal-viżjoni tal-Gvern f’dan il-qasam. Għawdex irid ikun is-showcase tal-qalba diġitali. Huwa ċentru ovvju minn fejn nistgħu nwettqu din it-trasformazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Il-fibre optic cable huwa biss l-ewwel pass,” qal Dr Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com

Fatal error: Uncaught wfWAFStorageFileException: Unable to save temporary file for atomic writing. in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php:34 Stack trace: #0 /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php(658): wfWAFStorageFile::atomicFilePutContents() #1 [internal function]: wfWAFStorageFile->saveConfig() #2 {main} thrown in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 34

Warning: Unknown: write failed: No space left on device (28) in Unknown on line 0

Warning: Unknown: Failed to write session data (files). Please verify that the current setting of session.save_path is correct (/var/lib/php/sessions) in Unknown on line 0