Notice: fwrite(): write of 1409 bytes failed with errno=28 No space left on device in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 42
Il-PN Jgħid li Edward Scicluna Jibqa’ Ma jgħidx Kif Se Jsewwi L-Ħsara Li Saret Lil Malta - Strada Rjali

Il-PN Jgħid li Edward Scicluna Jibqa’ Ma jgħidx Kif Se Jsewwi L-Ħsara Li Saret Lil Malta

 Il-PN Jgħid li Edward Scicluna Jibqa’ Ma jgħidx Kif Se Jsewwi L-Ħsara Li Saret Lil Malta

Il-Partit Nazzjonalsita qal li waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi Edward Scicluna baqa’ ma weġibx kif il-ħatra tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta se tgħin biex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna matul iż-żmien li huwa serva bħala Ministru tal-Finanzi.

Il-Partit Nazzjonalista li vvota kontra l-ħatra ta’ Scicluna qal li l-Prof. Scilcuna ma jista’ qatt ikun is-soluzzjoni għall-problemi li ħoloq hu stess flimkien ma’ Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona meta f’seba’ snin kissru u żarmaw l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista qalu li Scicluna baqa’ ma spjegax kif se jiżgura li pajjiżna jgħaddi mit-test tal-Moneyval u kif il-Bank of Valletta se jibqa’ jkollu correspondent bank fid-dollaru Amerikan. Lanqas ma spjega kif il-Pulizija għandhom s’issa ma ħadu l-ebda azzjoni konkreta b’rabta ma’ rapporti tal-FIAU dwar persuni fdati bit-tmexxija ta’ pajjiżna. Fuq kollox Edward Scicluna baqa’ ma kkundannax id-deal
tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals minkejja li ftit tal-ġranet ilu l-Awditur Ġenerali stqarr fil-Qorti li dan id-deal ma kellu jsir qatt.

L-Oppożizzjoni nnotat li quddiem dan kollu, il-Gvern Laburista baqa’ jinjora s-sejħiet tal-Oppożizzjoni biex tinstab persuna oħra minflok Edward Scicluna sabiex bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali tkun tista’ tgħin biex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna matul l-aħħar seba’ snin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com

Fatal error: Uncaught wfWAFStorageFileException: Unable to verify temporary file contents for atomic writing. in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php:51 Stack trace: #0 /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php(658): wfWAFStorageFile::atomicFilePutContents() #1 [internal function]: wfWAFStorageFile->saveConfig() #2 {main} thrown in /home/forge/stradarjali.com/public/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 51

Warning: Unknown: write failed: No space left on device (28) in Unknown on line 0

Warning: Unknown: Failed to write session data (files). Please verify that the current setting of session.save_path is correct (/var/lib/php/sessions) in Unknown on line 0