Il-Prim Ministru Kroat llaqqat Il-Virus tal-COVID-19

 Il-Prim Ministru Kroat llaqqat Il-Virus tal-COVID-19

Il-Prim Ministru tal-Kroazja Andrey Plenković ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Huwa laqqat il-virus jumejn wara li martu ħarġet pożittiva.

Il-Gvern Kroat ħabbar fi stqarrija li l-Prim Ministru tal-pajjiż irriżulta pożittiv wara li sarlu test ieħor it-Tnejn fuq rakkomandazzjoni tal-esperti mediċi.

L-istqarrija żiedet tgħid li l-Prim Ministru jinsab tajjeb. Żied jingħad li għadu għaddej b’xogħlu mid-dar u se jkun qieħged isegwi l-istruzzjonijiet tat-tobba.

Andrej Plenković ilu iżolat għal dawn l-aħħar jumejn wara li martu ġiet infettata bil-virus. Huwa se jkun qed jagħmel għaxart ijiem fi kwarantina.

Il-Kroazja qed tħabbat wiċċha ma’ żieda enormi fil-każijiet, tant li t-Tnejn li għadda, irrieġistat 74 mewt ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Mill-bidu tal-pandemija sal-lum, madwar 130,000 ruħ ġew ikkontaminati fil-Kroazja u mietu 1,786 ruħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com