Il-Printer Reġgħet Ħadet Il-Ħajja Waqt Il-Pandemija…

 Il-Printer Reġgħet Ħadet Il-Ħajja Waqt Il-Pandemija…

Paper Jams, livelli baxxi ta’ linka, errors jew bla karti, normalment tinduna biss meta xi ħaġa tmur ħażin jew tiġi bżonna. Iżda hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 laqtet kmieni din is-sena u n-nies bdew jaħżnu l-affarijiet essenzjali, l-printer tad-dar sab ruħu apprezzat flimkien ma’ oġġetti oħra.

“Kien hemm żieda kbira fid-domanda għall- printers” jgħid Phil Jones, direttur maniġerjali tar-Renju Unit tal-kumpanija Brother.

F’termini tal-mudelli u karatteristiċi li n-nies huma l-aktar interessati fihom, il-produtturi rrappurtaw interess akbar fil-mudelli “all-in-one” li joffru skannjar u kkupjar kif ukoll ovjament, print.

Fattur ieħor huwa l-forma. L-forma huwa dejjem aktar importanti, bil-klijenti jixtiequ mudelli  iżgħar biex ma jiħdux ħafna spazju fuq id-desks tagħom.

Wi-Fi issa hija kważi meqjusa bħala default connection meta qed jiġu għall printers, fejn users ikunu jridu jipprintjaw min kull tip ta’ device li għandom fostom smartphones, laptops u aktar.

Il-frustrazzjoni tal-errors fuq printers huwa kbir, l-aktar hekk ikollok bżonn tiprintja xi ħaġa ta’ malajr, iżda t-teknoloġija saret ħafna iktar affidabbli meta mqabbla mal-bidu tal-printers tad-djar.

Għadu kmieni wisq biex tgħid jekk iż-żieda Covid fil-printers tad-dar tirriżultax fi tkabbir tas-suq fit-tul, iżda sadanittant ix-xejriet tal-konsumatur jistgħu joffru għarfien interessanti dwar l-ekonomija li qed tinbidel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com