Il-Progress Irid Isir… Imma Lesti Naċċettaw Xeni Hekk? L-Imġarr Spiċċa Vittma!

 Il-Progress Irid Isir… Imma Lesti Naċċettaw Xeni Hekk? L-Imġarr Spiċċa Vittma!

Donnu nikkritikaw, ingergru imma xorta kollox jibqa’ miexi qisu xejn mhu xejn sakemm il-kwistjoni tmut fuq ommha kif jgħid il-Malti.

“L-Imġarr spiċċa vittma wkoll. Kull knisja qiegħda tiġi midfuna sforz tar-regħba tagħna l-Maltin. Naraw biss Mostri bla karattru joħonqu rħula li xi darba kienu parti mill-identità tagħna.”

Hekk inkiteb fuq il-paġna Qed jinfirex mal-widien, bini ikrah kullimkien. 

Veru li l-progress irid isir, imma possibbli daqshekk aħna kreattivi? Mhux kullimkien isir progress? Imma kullimkien ikissru l-identità u l-karattru bħalna?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com