Illejla Se Jitħabbru S-Semi Finalisti Ta’ Mużika Mużika… Fl-Aħħar Ser Jerġa’ Jkollna Festival Ta’ Kalibru Għoli!

 Illejla Se Jitħabbru S-Semi Finalisti Ta’ Mużika Mużika… Fl-Aħħar Ser Jerġa’ Jkollna Festival Ta’ Kalibru Għoli!
Illejla ser inkunu nafu min għadda għas-semi-finali ta’ Mużika Mużika.
Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija se jservi ta’ pjattaforma prestiġjuża fejn kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu l-kompożizzjonijiet Maltin tagħhom.
Tlett iljieli ta’ mużika, b’ċelebrazzjoni tal-lingwa nazzjonali tagħna u tat-talent lokali li tant huwa abbundanti, dan il-Festival ser joffri spazju xieraq u kif suppost lill-Kanzunetta Maltija.
Segwu l-aħbarijiet tat-20.00 fuq TVM… Fl-aħħar, festival tant mistenni u mistħoqq għax-xena lokali f’pajjiżna. Prosit lill-organizzaturi!
Awguri lill-kantanti kollha.
Il-lista uffiċjali ser tkun ippublikata fuq www.muzikamuzika.org

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com