Immultat €20,000 Wara Li Nstab Ħati Li Mmaltratta 23 Kelb

 Immultat €20,000 Wara Li Nstab Ħati Li Mmaltratta 23 Kelb

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannat lil Lewis Pace sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultatu €20,000 wara li nstab ħati li mmaltratta 23 kelb.

Huwa ġie ordnat ukoll iħallas ħames elef oħra lill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati u lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u għall-ispejjeż tal-qorti.

Pace kien tressaq il-qorti mill-pulizija wara li f’Awwissu tas-sena li għaddiet, uffiċjali għall-ħarsien tal-annimali sabu lill-klieb fi stat diżastruż f’dar fi Triq Barth fil-Ħamrun.

Fil-qorti ngħad li l-klieb instabu fi stat ta’ abbandun u kienu qegħdin jgħixu bil-ħmieġ tagħhom stess. Irriżulta wkoll li wħul mill-klieb ma kinux iċċippjati skont kif titlob il-liġi waqt li oħrajn insabu maqfula f’gaġeġ żgħar li lanqas kienu tajbin għall-fniek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com