“Impressjonat B’Dak Li Rajt F’Xelter Moħbi Tat-Tieni Gwerra Dinjija Fil-Qrendi” – Conrad Neil Gatt
Fil-Qrendi jinsab xelter moħbi li kien jintuża fit-tieni gwerra dinjija. Dan ix-xelter għalissa mhuwiex aċċessibbli għall-pubbliku iżda Conrad Neil Gatt ilbieraħ kellu l-opportunità unika li jidħol f’dan ix-xelter. Huwa ddokumenta ż-żjara tiegħu permezz ta’ vlog fuq youtube.
“L-aktar li mpressjonajt ruħi kien bin-numru kbir ta’ stalagmiti. Qatt ma rajt bħalhom u bi kwantità daqshekk kbira f’Malta”, qal Gatt.
Bħalissa għaddej xogħol ta’ rinovar fuq dan ix-xelter u l-ħsieb huwa li eventwalment ikun miftuħ għall-pubbliku.
Segwi l-vlog ta’ Conrad Neil Gatt hawn taħt: