Imut Il-Plejer Leġġendarju Taljan Paolo Rossi

Tħabbret il-mewt ta’ Paolo Rossi, plejer leġġendarju tal-futbol Taljan li wassal lit-Taljani għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1982. Huwa miet fl-għomor ta’ 64 sena.
Il-mewt tiegħu tħabbret minn martu Federica Cappelletti fuq post fuq Instagram flimkien ma’ ritratt tal-kopja, akkumpanjat minn kumment
“Għal dejjem”. Messaġġ li kien segwit minn qalb.
“Qatt mhu se jkun xi ħadd ieħor bħalek, uniku, speċjali, warajk spiċċa kollox…” kitbet Cappelletti fuq il-Facebook tagħhom.
Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha ma ġiex magħrufa iżda rapporti fil-midja Taljana qalu li Rossi kien qed ibati minn marda terminali.