Inċident Ieħor Fi Triq Il-Parroċċa Fin-Naxxar…

 Inċident Ieħor Fi Triq Il-Parroċċa Fin-Naxxar…

Fi Triq il-Parroċċa fin-Naxxar spiss ikun hemm inċidenti li b’ħaġa tal-iskantament, dejjem isiru fl-istess spot.

Waslilna dan ir-ritratt fuq Stradarjali.com mingħand residenti li lmentaw magħna li din it-triq tinbidel fi trakka tat-tlielaq fil-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu u anke f’ħinijiet oħra.

Fil-fatt, f’dan l-inċident, vettura tat-tip BMW jidher li tħaxknet ma’ karozza tal-linja.

“Nistennew li jmut xi ħadd?”, qaltilna residenta minn din it-triq. Residenti oħra qalulna li hemm ġirien li xebgħu jibdlu l-parapett tagħhom b’ħafna spejjeż u skumdità ta’ kull darba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com