Infestazzjoni Tad-Droga ‘Crack’ F’Pariġi… Deskritta Bħala Allarmanti!
Jidher li f’parti mill-Kapitali Franċiża, Pariġi, hemm infestazzjoni qawwija tad-droga Crack tant li l-‘users’ jieħdu barra fil-miftuħ.
Il-crack hija kokaina msajra li titpjejjep u li l-effetti tagħha huma ħafna ħafna iżjed b’saħħithom mill-kokaina l-oħra.
Ousmane ta’ 40 sena, li kien għalliem qal: “Tini l-crack, itfgħani f’gaġġa u nkun kuntent!”
Din id-droga hija ‘addictive’ immens tant li l-effett tagħha jgħaddi malajr u l-user ikun irid iżjed wara ftit sekondi.
L-akkwata ilha magħrufa għal dan l-użu sa mill-bidu tas-snin 90 u saru bosta sforzi biex jitnaqqsu l-abbużi fejn saħansitra jsiru patrols tal-pulizija imma donnu għalxejn.
Stejjer bħal dawn naqsmuhom mal-qarrejja tagħna mhux biss biex inwasslu l-aħbar imma biex niftħu għajnejn iż-żgħażagħ biex ma jippruvawx. Il-konsegwenzi huma perikolużi mmens u ta’ ħsara irreparabbli!!!
Ritratt: AFP