“Int Haqq A*** Ok?… Trid Tmur Iddaħħalha F’S*** L-Ittra Ta’ Yorgen Xbin?” – Mark Camilleri
Mark Camillieri, li jippreżenta lilu nnifsu bħala storiku u anke Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-Avukat Juliette Galea tant li spiċċa joffendiha u jkellimha ħażin.
F’diskussjoni privata ppubblikata fuq Twitter minn Camilleri nnifsu, huwa offenda personalment lil Dr Galea waqt li sejħilha “tronġa”.
Dan wara li Dr Galea bagħtitlu ħolqa għal artiklu li deher f’The Malta Independent u fiha hemm kwotat ir-reazzjoni li taw l-avukati ta’ Yorgen Fenech lill-Kunsill tal-Ewropa għar-rapport li ppreżenta Pieter Omtzigt.
Hija talbitu biex jaqra l-artiklu kollu u qaltlu li fih hemm spjegat kif għandha ssir inkjesta pubblika. Żiedet tgħidlu li l-inkjesta mhix waħda ġudizzjarja u li qed jgħid il-ħmerijiet.
“It explains how a public inquiry should be done and why it’s not judicial. You’re saying stupid things”, qaltlu Dr Galea.
Camilleri wieġeb: “Min qallet li public inquiry jidicial? Int haq alla ok? gieli qrajt public inquiry int? Tridx tmur iddahhalha f’solmok l-ittra ta’ Yorgen xbin?”, qal Camilleri.
Dr Galea wriet it-tħassib tagħha kif Camillieri huwa ċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u qaltlu li għandu jitkeċċa. Huwa wieġeb lura u qalilha li hemm se jibqa’ u tista’ tbuslu sormu – Deal with it and kiss my Marxist ass.
Camillieri sab l-appoġġ tal-Avukat Andrew Borg Cardona u implika li Dr Galea mhix normali: “On behalf of normal lawyers everywhere please accept my apologies.”
L-inkjesta pubblika li qed issir minn żewġ imħallfin irtirati u mħallef sedenti spiċċat materja ta’ kontroversja wara li skont bosta esperti legali l-inkjesta ħadet xejra għalkollox politika aktar milli biex jiġi determinat dak stabbilit fit-termini ta’ referenza u cioe jekk xi entità tal-Istat iffaċilitatx il-mewt jew naqsitx milli żżommha milli sseħħ il-qtil ta’ DCG.
Ara wkoll: