Ir-Renju Unit Jsir L-Ewwel Pajjiż Li Approva T-Tilqima Tal-AstraZeneca
It-tilqima kontra l-Covid-19 AstraZeneca ingħatat l-approvazzjoni għall-użu fir-Renju Unit.
It-tilqima tal-AstraZeneca nħloqot minn xjentisti fl-Università ta’ Oxford u r-Renju Unit sar l-ewwel pajjiż li approva din it-tilqima biex b’hekk il-kampanja għat-tilqim kontra l-Covid-19 fir-Renju Unit se tikber b’ħafna.
L-AstraZeneca se tibda tingħata mill-4 ta’ Jannar wara li ġiet approvata li hija sigura u effettiva mir-regolatur.
L-AstraZeneca, b’differenza mit-tilqim Pfizer u Moderna, ma tirrikjedix li tinżamm f’temperaturi baxxi ħafna iżda tinżamm fi fridge normali.