It-Tfajla Li Qatgħet Xagħarha Darbtejn “Biex Iferraħ Lil Ħaddieħor”
Mhux sigriet li t-tfajliet għandhom ħafna għal qalbhom ix-xagħar. Pearl Agius, studenta universitarja mhix eċċezzjoni iżda għat-tieni darba f’ħajjitha ddeċidiet li taqta’ xagħarha biex fi kliemha jgawdih ħaddieħor.
“Għat-tieni darba f’ħajti, qtajt xagħri sabiex inkun nista’ nagħtih bħala donazzjoni”.
Agius li tellgħet ritratt ta’ xagħarha maqtugħ f’idejha qalet li kull min jafha, jaf kemm tħobb xagħarha, iżda “Illum iddeċidejt li xagħri ferraħni biżżejjed u wasal iż-żmien biex jifraħ xi ħadd ieħor bih”.