It-Tieni Konsenja Tat-Tilqima Kontra l-Covid-19 Mistennija Tasal Illum Wara ‘Intopp Żgħir’

It-tieni konsenja tat-tilqima kontra l-Covid-19 li kellha tasal Malta ilbieraħ mistennija tasal aktar tard illum wara li l-kumpanija Pfizer irrapurtat li kellha problema loġistika u ttardjat il-konsenja fi 8 pajjiżi fl-Ewropa, nkluż Malta.
Jidher li l-intopp kien minħabba t-temeratura, dan għaliex f’kull mument it-tilqima trid tkun f’temperatura ta’ taħt is-70 gradi celcius taħt iż-żero.
Il-Kumpanija Pfizer qalet li issa l-intopp ġie solvut u t-tilqima bdiet il-vjaġġ lejn il-pajjiżi konċernati.
Malta bdiet il-programm ta’ tilqim kontra l-Covid-19 il-Ħadd li għadda permezz tal-front-liners.
Madwar 600,000 tilqima tal-Pfizer, biżżejjed biex jitlaqqmu 300,000 persuna mistennija jaslu Malta fix-xhur li ġejjin.