Ittanta Ktieb! Ara Kif Tista’ Tikseb Kotba Bil-Malti B’Xejn Mit-8 Ta’ Diċembru

 Ittanta Ktieb! Ara Kif Tista’ Tikseb Kotba Bil-Malti B’Xejn Mit-8 Ta’ Diċembru

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta nediet inizjattiva bl-isem ta’ ‘Blind Date with a Book’ biex tkompli tippromwovi l-letteratura u l-kittieba Maltin.

Bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru it-‘telephone boxes’ tradizzjoni l-ħomor fi Triq ir-Repubblika se jkunu mimlija b’diversi kotba li jistgħu jinġabru bħala rigal għall-Milied għal dawk li jgħaddu minn ħdejhom.

Il-Kotba se jkunu miksija biex il-faċċata tkun moħbija u kull ktieb se jkollu għajnuniet dwar il-ġeneru u l-istorja tal-ktieb, dan biex tinkoraġixxi n-nies jesploraw ġeneri ġodda u biex jiġbru kotba li normalment ma jiġbrux.

Se jkun hemm kotba għal kull eta’ u kotba ġodda ser jiżdiedu kuljum fis-6p.m.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com