Iweġġa’ Gravi F’inċident Bil-Mutur F’Ħal Lija

Raġel ta’ 43 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar f’Ħal Linja
L-inċident seħħ fi Triq Ta’ Torba meta seħħet ħabta bejn karozza VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti ż-Żejtun u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 43 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.