Jason Azzopardi Jgħid Li L-PL Għandu Jagħmel Apoloġija Dwar Egrant

 Jason Azzopardi Jgħid Li L-PL Għandu Jagħmel Apoloġija Dwar Egrant

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li l-Partit Laburista għandu jagħmel apoloġija għax skontu ħoloq l-ikbar gidba fl-istorja biex imur għall-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Azzopardi qal li lbieraħ fil-qorti, waqgħet il-maskra tal-Partit Laburista għax mhux veru li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat sejjaħ elezzjoni bikrija minħabba l-kumpanija Egrant.

Inkjesta maġisterjali li saret mill-Imħallef Aaron Bugeja kkonferma li l-kumpanija Egrant ma kinitx la tal-ex Prim Ministru Muscat, la ta’ martu u lanqas ta’ xi qarib tagħhom hekk kif kienet allegat fuq il-blogg tagħha Daphne Caruana Galizia.

Madankollu, Jason Azzopardi qal li mhux veru l-elezzjoni ssejħet minħabba dak li allegat DCG. Qal li d-deċiżjoni li l-pajjiż immur għall-elezzjoni ttieħdet fi Frar tal-2017 fejn hawnhek skontu bdiet kampanja ta’ demonizzazzjoni fuq Daphne Caruana Galizia.

Qal li għalhekk il-Partit Laburista jrid jagħmel apoloġija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com