Jibda Jingħata s-Suppliment Il-Ġdid Għat-Tfal Maċ-Children’s Allowance

 Jibda Jingħata s-Suppliment Il-Ġdid Għat-Tfal Maċ-Children’s Allowance

Bdew jingħataw qabel iż-żmien tliet miżuri soċjali li tħabbru fil-Baġit għas-sena 2021, li permezz tagħhom il-familji bdew jirċievu s-suppliment il-ġdid għat-tfal mal-pagament taċ-Children’s Allowance, bdiet titħallas iż-żieda fl-Għajnuna Supplimentari, kif ukoll iż-żieda li ngħatat fil-Foster Care Allowance.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Michael Falzon f’Settembru tas-sena 2013, dan il-gvern beda jantiċipa l-pagamenti bi tliet ġimgħat – dan sabiex il-familji ikollhom il-flus fil-but fiż-żmien li normalment jiżdiedu l-ispejjeż.

Dwar is-suppliment il-ġdid taċ-Children’s Allowance, il-ministru qal li se jibbenefikaw minnu mas-60,000 tifel u tifla, u 40,000 familja.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù daħal f’iktar dettall tal-miżuri, u dwar iċ-Children’ Allowance qal li beda jingħata suppliment ta’ €70 kull wild fis-sena lill-familji bi dħul ta’ anqas minn €25,318, filwaqt li s-suppliment ta’ €50 beda jingħata lill-familji li għandom dħul ta’ aktar minn €25,318 għal kull wild fis-sena.

Peress li matul is-sena jsiru erba’ pagamenti taċ-Children’s Allowance, fil-pagament li qed isir illum tħallas l-ewwel kwart tas-suppliment li jkopri l-perjodu Jannar-Marzu 2021.

Barra minn hekk, dawk li għandhom aktar minn 65 sena se jkunu qed jibbenefikaw minn €150 addizzjonali fis-sena.

Ovvjament dak dovut ukoll jinqasam fuq erba’ pagamenti matul is-sena. Bil-pagament li sar illum, 21,227 benefiċċjarju (fosthom 7,197 koppji) bdew jirċievu dawn iż-żidiet ghal spiża totali ta’ €2,758,580.43 li jkopru l-perjodu Jannar-Marzu 2021.

B’kollox allura qed jibbenefikaw 28,424 persuna. Oħrajn jistgħu jibbenefikaw matul is-sena.

14,811 mill-benefiċjarji msemmija għandhom ‘il fuq minn 65 sena, u għalhekk kwalifikaw ukoll għas-suppliment ta’ €150 fis-sena. L-ispiża hija inkluża fl-ammont imsemmi qabel.

Intant, foster carers li jitħallsu benefiċċju (Foster Care Allowance) se jaraw żieda ta’ €10 fil-ġimgħa biex it-total jitla’ għal €110 fil-ġimgħa – b’hekk dan il-benfiċċju żdied b’kollox għal-total ta’ €40 taħt dan il-gvern.

Fil-pagament tal-lum dawn il-familji bdew jirċievu ż-żieda wkoll maqsuma fuq erba’ pagamenti

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com