“Jien Konvinta Li Dejjem Aġixxejt B’Mod Korrett, Legalment, Etikament U Politikament…” – Rosianne Cutajar

“Jien konvinta li dejjem aġixxejt b’mod korrett, legalment, etikament u politikament, u fuq dan lesta niddefendi ismi kif u fejn neċessarju”, kitbet l-Onorevoli Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar fuq il-facebook tagħha.
Dan fid-dawl li llum żewġ gazzetti bl-ingliż ippubblikaw storja li Cutajar irreferiet gaħlihom bħala ‘kunflinġenti u kumbinazzjoni fl-istess jum, fuq każ li skont huma seħħ iktar minn sena u nofs ilu.”
Il-gazzetti allegaw li hemm min qed jitlob il-flus lura ta’ allegat senserija meta ma kinitx Segretarju Parlamentari u Cutajar tenniet li l-ittra legali li bagħtet hi, mhux ikunu murija.
“Għalhekk, fin-nuqqas taż-żewġ gazzetti li jippreżentaw il-fatti, qed nippublika jien din l-ittra legali li tagħmilha ċara li m’għandi x’naqsam xejn ma’ din l-allegat talba, u jekk hemm min qed jitlob xi ħaġa lura, għandu jagħmel din it-talba lil min hu konċernat.”
Madanakollu, Charles Farrugia magħruf bħala ‘It-tikka’ kiteb li matul is-snin, ġieli prova jagħmel xi xogħol ta’ bejgħ ta’ propjetà u billi jkun mal-Onor. Cutajar u jgħinha fil-ħidma tagħha, m’għandha qatt tiżżeffen fi kwsitjonijiet personali tiegħu.
Ritratt: Facebook/ Rosianne Cutajar