Jindarab F’Ħabta Bil-Mutur F’Ħ’Attard

 Jindarab F’Ħabta Bil-Mutur F’Ħ’Attard

Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena minn Birżebbuġa ndarab wara li aktar kmieni waranofsinhar kien involut f’ħabta f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq tat-Torba meta l-vittma ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha ma’ karozza tal-għamla Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com