Jinstab Katavru Ta’ Mara Mill-Mosta Fil-Baħar Max-Xatt Ta’ Buġibba
Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ katavru fil-baħar ta’ mara ta’ 73 sena mill-Mosta.
Il-katavru tagħna nstab iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sagħtejn meta l-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx intlemaħ kadavru fil-baħar, max-Xatt ta’ Buġibba.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk sabu mara bla ħajja f’wiċċ l-ilma.
Minnufih, intalbet l-assistenza minn tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Mater Dei, li marru fuq il-post fejn il-mara ġiet iċċertifikata mejta.
Minn iżjed investigazzjonijiet, il-kadavru ġie identifikat li huwa ta’ mara ta’ 73 sena li toqgħod il-Mosta.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Marseanne Farruġia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.