Jinżel Is-Silġ F’Xi Nħawi F’Malta…
Il-kesħa bdiet tagħmel tagħha. U bir-raġun, għandna 10 minn Diċembru diġà, għalkemm jgħidu li sal-Milied, la bard u lanqas ksieħ.
Fuq il-paġna The Weather Page Malta ttella’ ritratt juri xi silġ li niżel f’xi nħawi f’pajjiżna u f’kumment li nkiteb, persuna oħra qalet li fix-Xagħjra wkoll jidher li niżel xi ftit.
Minħabba li aħna neqsin minn xeni bojod tal-borra, ovvjament nieħdu gost meta naraw xeni hekk. Għal dawk li jħobbu x-Xitwa, jidher li ser jieħdu gost din is-sena!