Jirnexxielha Taqbad Ħuta Kbira Ta’ 60.6 Kilo

 Jirnexxielha Taqbad Ħuta Kbira Ta’ 60.6 Kilo

Sarah Magro, tfajla li għandha passjoni kbira għas-sajd, din il-ġimgħa rnexxielha twettaq waħda mill-ikbar ħolm li kellha f’ħajjitha, dik li taqbad ‘monster amberjack’ (aċċola kbira).

Magro rrakkontat li damet siegħa tissielet bil-qasba ma’ din il-ħuta sakemm tellgħetha fuq id-dgħajsa. Qalet li l-ħuta kienet tiżen aktar minn sittin kilo.

Waqt li awgurat il-Milied it-Tajjeb lill-familji kollha, awgurat lis-sajjieda Maltin u Għawdxin biex is-sena d-dieħla jkollhom sena tajba fil-qbid tal-ħut matul is-sena kollha filwaqt li tenniet li dak tal-Erbgħa huwa jum li mhu se tinsa qatt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com