Jitlef Ħajtu Wara Li Waqa’ Minn Fuq L-Irdum F’Delimara

 Jitlef Ħajtu Wara Li Waqa’ Minn Fuq L-Irdum F’Delimara

Raġel mill-Awstrija ta’ 53 sena li joqgħod Bormla, tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli fiż-żona magħrufa bħala St Peter’s Pool, fil-limiti ta’ Delimara, Marsaxlokk.

Għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza minħabba li raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien miexi qrib l-irdum.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia  li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew millPulizija tad-Distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com