Jitlef Il-Kontroll U Jaqa’ Żewġ Sulari Bil-Karozza Fis-Siġġiewi

 Jitlef Il-Kontroll U Jaqa’ Żewġ Sulari Bil-Karozza Fis-Siġġiewi

Anzjan ta’ 73 sena li joqogħd Ħad-Dingli ndarab gravi wara li waqa’ żewġ sulari bil-karozza fil-limiti tal-Girgenti, fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 p.m. meta għal xi raġuni, il-vittma tilef il-kontroll tal-vettura Smart li kien qed isuq u waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ġo xi siġar li kien hemm f’għalqa.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu filwaqt li l-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com