Jiżvela Li D-Dwana Għamlet Qabda Ta’ Droga Rekord Li S-Soltu Tinqabad F’Sena

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana ħabbar fil-Parlmaent li d-Dwana rnexxielha taqbad ammont rekord ta’ droga li normalment qal jinqabad f’sena.
Il-Ministru Caruana qal li l-valur tad-droga maqbuda jlaħħaq il-miljuni kbar.
Waqt li stqarr li għalissa ma jistax jagħti dettalji dwar din il-qabda, huwa faħħar ħidmet l-uffiċjali tad-Dwana u qal li fil-ħin li ġej se jingħataw iżjed dettalji.