John Buttiġieġ Maħtur Kowċ Ta’ Floriana FC

 John Buttiġieġ Maħtur Kowċ Ta’ Floriana FC

Floriana FC ħabbru li waslu f’ftehim mal-kowċ John Buttiġieġ sabiex jieħu f’idu t-tmexxija ta’ Floriana FC għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Buttiġieġ ser ikun qed jieħu post il-kowċ Taljan Enzo Potenzo li r-riżenja mill-kariga wara t-telfa kontra Birkirkara FC aktar kmieni din il-ġimgħa. L-ex kowċ tat-tim nazzjonali Malti żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għal futbol Malti hekk kif mexxa numru ta’ timijiet fil-Kampjonat Premier fosthom Birkirkara FC u Sliema Wanderers.

Huwa wkoll sinonimu mal-klab ta’ Floriana FC fejn magħhom rebaħ numru ta’ unuri bħal plejer u għal xi żmien anke mexxa lin-nursery tal-stess klabb.

Ritratt: Floriana FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com