Jum Dinji Tal-AIDS
Illum, l-1 ta’ Diċembru, madwar id-dinja huwa l-jum dinji dwar l-għarfien tal-AIDS.
‘Acquired immunodeficiency syndrome’ (AIDS) hija kundizzjoni kronika, li tista’ tikkawża mewt, li tiġi kkawżata mill-‘human immunodeficiency virus’ (HIV). L-HIV tagħmel il-ħsara fis-sistema immunitarja tal-ġisem, u b’hekk ma jibqax jiġġieled kontra l-infezzjonijiet.
Importanti ħafna li jekk wieħed ikollu dubju li ġie f’kuntatt ma’ dan il-vajrus, għandu jikkuntattja l-Infection Clinic fl-isptar Mater Dei.
Huwa importanti li ngħidu li persuna bl-HIV għandha l-obbligu morali u legali sabiex tagħmel dak kollu possibbli biex ma tgħaddix il-virus lil ħaddieħor.
https://www.facebook.com/DOImalta/posts/3513482962030731