Kif Kienet Is-Sena 2020 Għalikom? Esperjenzi Koroh Biss Jew Anke Sbieħ?

 Kif Kienet Is-Sena 2020 Għalikom? Esperjenzi Koroh Biss Jew Anke Sbieħ?

Għidulna kif kienet is-sena 2020! Ovvjament kienet sena ddominata mill-pandemija tal-Covid-19 b’bosta mwiet madwar id-dinja kollha nkluż f’pajjiżna.

Min jitlef lil xi ħadd għażiż, żgur li jħoss nuqqas kbir u għafsa ta’ qalb u dan nifhmuh. Imma esperjenzi pożittivi ġraw ukoll!

Kien hemm dik il-mara li saret omm għall-ewwel darba, dak it-tifel li fieq, dak ir-raġel li sab impjieg u dik ix-xwejħa li familtha reġgħu bdew iżuruha. Kien hemm dik il-familja li fehmet lil ulieda LGBTIQ u dik il-koppja li ħafru lil xulxin.

Irridu naraw is-sabiħ ukoll tal-ħajja. Huwa fatt li mhux dejjem ikun faċli u l-bniedem dejjem ifittex x’ser ikollu għada u mhux dak li għandu sa issa diġà.

Imma meta nirriflettu ftit, possibbli mument koroh biss kellna?!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com