Kif Tista’ Tgħin Lill-Annimali Abbandunati

Jekk inti persuna li tħobb l-annimali u tixtieq tgħin, imma għal xi raġuni ma tistax taddotta, hawn hi s-soluzzjoni għalik!
L-Association for Abandoned Animals ħarġet kalendarju għas-sena 2021. Kulħadd jixtieq li s-sena d-dieħla tkun aħjar mis-sena 2020, u kif jgħidu, kull qatra tgħodd, u kulħadd bżonn xulxin.
Bi prezz minimu ta’ €6, ser ikollok kalendarju mill-isbaħ b’ritratti ta’ klieb u qtates ħelwin, u fl-istess waqt tkun qed tgħin lil din l-assoċjazzjoni tkompli bil-ħidma siewja favur l-annimali.
U biex jagħmlulek ħajtek iktar faċli, qiegħdin joffru ukoll li jagħmlu delivery!
https://www.facebook.com/AssociationForAbandonedAnimals/posts/3515057041863961