Kowċ Ġdid Għal Valletta FC Minn Jannar

 Kowċ Ġdid Għal Valletta FC Minn Jannar

Għalkemm s’issa għada ma’ ħarġet ebda stqarrija uffiċjali mit-tim ta’ Valletta FC, jidher li l-Portugiż Antonio Jose Cardoso Mendes huwa l-favorit li jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim Belti. Mendez, magħruf aħjar bħala Toze, għandu 41 sena u imwieled f’Guimarães. Huwa ser jkun qed jieħu post Jesmond Zerafa li r-riżenja minn kowċ ftit tal-ġranet ilu.

Il-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC mistenni jasal f’Malta madwar għaxar t’ijiem oħra u b’kull probabilita miegħu ser jkollu assistent kowċ tal-għażla tiegħu flimkien ma’ Gilbert Agius li bħalissa qed jmexxi lit-tim ta’ Valletta FC. Mendez intgħażel fost aktar minn għoxrin kowċ barrani li ġew intervistati mill-kumitat Belti.

B’kull probabilita dan il-kowċ ser jkun qed jintroduċi numru ta’ barranin ġodda fit-tim matul ix-xahar ta’ Jannar u għalhekk uħud mill-plejers li bħalissa jilbsu l-flokk Belti ma jibqawx jiffurmaw parti mill-skwadra beltija.

L-ex test għal kowċ Portugiż ser tkun il-partita tat-Tlieta 5 ta’ Jannar kontra Hamrun Spartans.

Ritratt: Guimarães Digital

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com